Natasha Turner

 

Jaħasra Malta

 

Int lewza morra

Mlaqqma bi tnehida

Biex tagħti frotta barranija .

 

Surtek u t-togħma

Biddilt

Ma kull tilqima .

 

Art xotta

għax

Pierot waqaf jibki

U Pul`inella jidħaq bla jaf il-għala .

 

’Mma l-qamar

baqa' jgħanni l-istorja ,

u l-istilel madwaru , b’kor mutu ,

 jgħannu mieghu .

L-għerien ukoll waqqfu widnejhom

biex jisimgħu leħen il-passat

f’diwi mas-swar ,

‘imma l-ħemda tal-lejl inkissret

bil-leħen tal-preżent….

……..tiegħi u tiegħek .

 

Bil-mikrofonu f’idejna

Biex forsi ninstemgħu bl-eku

Nagħjtu li ma rridux nibqgħu ngħixu

 fl-għoljiet ta skart .

 

It-Torri ta Babel waqa'

Għax ħadd ma fehem lil ħadd

Imma l-qamar baqa' jgħanni

Leħen il-passat.

 

 

L-Għanja ta' l-Estinti

 

 

Estinti

Jien u inti,

Disinn astratt.

Fossila fil-blat.

 

 

Estinti

Jien u inti,

Susa tat-tifkiriet;

kultura u ġrajjiet.

 

 

Ma kull ġenerazzjoni,

Tingħaqad ħolqa ġdida,

Fil-katina taż-żmenijiet.

 

 

Imma tagħna; fejn hi tagħna?

“Skużana, għandna hangover,

kelna wisq festi u ikliet”.

 

 

Armejna żmieġna fl-art

biex nibnu għoljiet ta’ skart.

Dfinna l-għeruq,

f’kulma rajna suq.

Sirna biss illużjoni

bla spirtu;bla passjoni.

 

 

Wirt l-istorja qed imut.

Postu ħadu wirt il-but.

 

 

Turista f’art twelidi

F’id il-barrani r-riedni.

 

 

Imma l-ġebel tas-sejjiegħ,

bħal weraq tan-nanniegħ,

jibqa’ jfawwar il-memorji,

ta’ storja mimlija glorji.

 

Lejna jħares

b’arja ta’ diżappunt.

B’nostalġija jgħanni

Dak li raw l-ixtut.

 

 

 

Finti

Jien u inti

Noti kiesħa

fl-Għanja ta’ l-estinti.