Home | Press Releases English | Press Releases Maltese | Organizations | Contact

 

 

8.3.06 - Ta' Ċenċ Għandu Jiġi Protett

Stqarrija Stampa hawn

 

6.01.06 - Ekologika toġġezzjona gћal-iżvilupp propost f' Ta Ċenċ

Stqarijja Stampa hawn

 

24.09.05 - Eko-Loġika mhux ser tgħin biex jiġi leġitimizzat in-nuqqas ta’ osservazzjoni tal-proċeduri

(Re: 'Proposed  Development of a Golf Course and Support Facilities, Ix-Xagħra l-Ħamra and Tal-Qortin, l/o Mellieħa (GF 122/05) )

Il-koalizzjoni tas-soċjetà ċivili Eko-Loġika qalet li qed tagħmel bojkott lis-sejħa tal-MEPA biex il-pubbliku jibgħat kummenti dwar il-linji ta’ gwida ghall-EIA konnessa mal-proposta biex tiġi żviluppata korsa tal-golf fix-Xagħra l-Ħamra. Eko-Loġika qalet li qed tagħmel dan il-pass sabiex ma tgħinx biex jiġi leġitimizzat il-fatt li l-proċeduri mhux qed jiġu osservati mill-Gvern f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ dan l-iżvilupp propost.

 

31.08.05 - Il-Proceduri m’humiex qed jigu osservati

Il-koalizzjoni tas-socjeta’ civili Ekologika esprimiet it-thassib taghha dwar il-fatt li l-proceduri mhux qed jigu osservati f’dak li ghandu x’jaqsam mal-izvilupp propost ta’ korsa tal-golf fix-Xaghra l-Hamra.

 

23.08.05 - Solidarjetà mal-Bdiewa tal-Manikata

Il-koalizzjoni tas-soċjetà ċivili Eko-Loġika wriet is-solidarjetà tagħha mal-bdiewa tal-Manikata, li minħabba l-korsa tal-golf proposta mill-gvern fix-Xagħra l-Ħamra twaqfitilhom il-kera mill-għelieqi li ilhom jaħdmuhom is-snin. Eko-Loġika stqarret li se tkun qiegħda tappoġġja lill-bdiewa fil-ġlieda tagħhom kontra din l-inġustizzja.

 

16.08.05 - Ta' Ċenċ għandu jiġi ddikjarat bħala sit Natura 2000

Il-koalizzjoni tas-soċjetà ċivili Eko-Loġika ħarġet stqarrija għall-istampa fejn saħqet li ż-żona kollha ta' Ta' Ċenċ għandha tiġi ddikjarata bħala sit Natura 2000, biex tingħaqad mal-lista ta' siti protetti Ewropej.

 

05.08.05 - Koalizzjoni favur il-ħarsien ta' l-art mill-iżvilupp ta' koros tal-golf

Din il-ġimgħa twaqqfet koalizzjoni tas-soċjetà ċivili bil-għan li tipproteġi l-ambjent mill-iżvilupp insostenibbli ta' koros tal-golf. Żewġ proposti diversi ta' koros tal-golf qegħdin jheddu li jaħtfu u jxejnu l-pajsaġġi marittimi sbieħ tax-Xagħra l-Ħamra, fil-Majjistral ta' Malta, u Ta' Ċenċ, Għawdex. Ix-xagħri, kif ukoll artijiet agrikoli, jinsabu fil-periklu li jinqerdu minħabba l-iżvilupp fuq meddiet ta' art kbar daqs l-inħawi ta' Tas-Sliema.